L-użu ta' l-omeopatija madwar id-dinja

Għal dawn l-aħħar 200 sena, miljuni ta nies mifruxin madwar id-dinja sabu kura għal saħħithom grazzi għall-omeopatija.

Samuel Hahnemann
Samuel Hahnemann

Fl-1779 Samuel Hahnemann, spiżjar u tabib ġermaniż, li ma kien xejn sodisfatt bil-medicina kif kienet ipprattikata dak iż-żmien, skopra l-omeopatija waqt li kien qiegħed jagħmel xi traduzzjonijiet ta kotba antiki dwar il-medicina. Bis-saħħa tiegħu l-omeopatija saret arti u xjenza.

Samuel Hahnemann jafferma illi l-għola idejal ta kura huwa li tinkiseb is-saħħa malajr, b'mod ġentili u permanenti, fl-inqas żmien possibbli u bl-inqas mod dannuż (bl-inqas side effects).

Medicini omeopatici huma magħmulin minn pjanti, minerali u sustanzi oħra naturali li jiġu f'forma ta pilloli żgħar. Dawn jaħdmu billi jqawwu l-abilita tal-ġisem li jiġġieled il-mard.

Il-kuncetti ta l-omeopatija wieħed jista jsibhom f'kitbiet li jmorru lura 6,000 sena, u li jinkludu x-xogħol ta Hippocrates, li huwa meqjus bħala il-missier il-medicina moderna.

Il-medicina omeopatika hija użata u apprezzata madwar id-dinja. Fi Franza madwar 40% tat-tobba jipprattikaw l-omeopatija u jirrikomandaw medicini omeopatici lill-pazjienti tagħħom, fir-Renju Unit 42%, fil-Ġermanja 20% u fl-Olanda 45%. Fil-Ġermanja l-iskejjel tal-medicina jesegwixxu illi t-tobba jistudjaw l-omeopatija bħala parti mill-kurrikulu tagħħom.

Survey ricenti mill-American Medical Association wera li madwar 14% tat-tobba amerikani jirreferu lil pazjenti tagħħom għand homeopaths professjonali.

l-Ingilterra u l-iskozja ghandhom sptarijiet omeopatici.

Fl-Indja hemm madwar 400 sptar omeopatiku u l'fuq minn 100,000 prattikant, wahda minnhom kienet Mother Theresa.

Mahatma Gandhi
Mahatma Gandhi

Fl-Indja l-interess li wera Mahatma Gandhi fil-omeopatija żied hafna l-gharfien lejn din is-sistema ta medicina naturali.

Fit-30 ta' Awwissu 1936, wara li Gandhi kellu xi esperjenza ta kura bl-omeopatija u wara anke li hafna mill-kollegi u hbieb tieghu kienu ghamlu użu mill-omeopatija huwa ghamel dan id-diskors.

"L-omeopatija hija l-aktar metodu irfinut kif wiehed jista jikkura lin-nies b'mod ekonomiku u mhux aggressiv. Dr Hahnemann kien raġel ta' intelliġenza superjuri li skopra mezz ta kura biex isalva hajjiet b'hila medika unika. Jiena ninklina rasi quddiem il-kapacita u x-xoghol kollossali umanitarju li ghamel. L-omeopatija ghandha l-aktar persentaġġ ta kura fost kull sistema ohra ta medicina u m'hemm l-ebda dubju li hija bla periklu. Hija ukoll l-aktar xjenza medicinali kompluta."

Skond rapport minn tabib li kien jahdem mill-qrib ma Mother Theresa bejn 1945 u 1988, Mother Theresa kienet temmen li kura omeopatika hija indispensabbli ghall-fqar u l-morda ta l-indja u madwar id-dinja. Hija kienet studjat l-omeopatija u kienet tużha ma l-morda li kienet tahdem maghhom.

Fl-Amerika mill-anqas hdax il-president kienu jużaw jew jissapportaw l-omeopatija. Dawn kienu Lincoln, Tyler, Hayes, Garfield, Arthur, Harrison, Mckinley, Coolidge, Harding, Hoover u Clinton.

Fil-Gran Brittanja fost l-ohrajn, żewġ prim ministri Disraeli u Tony Blair kienu favur ta l-omeopatija, waqt li l-familja rjali ilhom jaghmlu użu mill-omeopatija ghall-ġenerazzjonijiet shah.

Il World Health Organisation fi hdan in-Nazzjonijiet Uniti, iddikjarat illi l-omeopatija ghandha tkun integrata fis-sistemi tal-kura tas-sahha madwar id-dinja.