Samuel Hahnemann

L-Omeopatija bħala medicina ġiet żviluppata fis-seklu 19 mit-tabib ġermaniż Samuel Hahnemann (1755-1843). F’dan iż-żmien il-kura medika kienet ħarxa u spiss kienet tinkludi l-użu ta sustanzi, bħal arseniku jew merkurju fost oħrajn, f’forma kruda b’detriment għall-pazjent. Dan kien ukoll żmien ta epidemiji serji li qerdu ħafna nies.

Fl-1790 Samuel Hahnemann kien qiegħed jagħmel traduzzjoni tal-ktieb mediku A treatise on Materia Medica miktub minn Dr William Cullen. F’dan il-ktieb kien hemm kapitlu fuq Peruvian Bark jew cinchona. Kien magħruf illi quinine, li hija sustanza ippurifikata mill-qoxra tas-siġra tac-cinchona, kienet ilha tintuża bħala kura għall-malarja minn żmien Hipocrates, minħabba il-kwalitajiet astrinġenti tagħħa. Din it-teorija ma għamlitx sens għal Hahnemann għaliex huwa bħala spiżjar kien jaf li kien hemm astrinġenti aktar qawwija, li ma kellhom l-ebda effett fuq il-malarja.

Samuel Hahnemann
Samuel Hahnemann

Għalhekk huwa iddecida illi jinvestiga aktar billi beda jipprova ammonti żgħar ħafna ta din il-medicina fuqu nnifsu. Huwa beda jirikkordja s-sintomi li beda jħoss bir-reqqa u skopra li hu kien qiegħed jesperjenza is-sintomi kollha tal-malarja wieħed wara l-ieħor, dan meta hu qatt ma kien bagħta bil-malarja qabel. Meta ma kienx jieħu din il-medicina ma kien ikollu l-ebda sintomu.

Din l-iskoperta ġielitu ikompli jesperimenta u jistudja fid-dettal l-effetti ta sustanzi oħra li kien jiġu wżati bħala medicina bħal bella donna, arseniku u ħafna oħrajn. Dawn l-istudji għamilhom kemm fuqu nnifsu kief ukoll fuq grupp ta nies oħra li kienu interessati bħalu. Huwa sab illi kull sustanza li studja u pprova kienet tipproduci sintomi definiti u distinti minn kull sustanza oħra. Dawn is-sintomi ma kienux biss marbutin mall-livell fiżiku iżda kienu ukoll manifesti ukoll fuq il-moħħ u fuq l-emozzjonijiet.

Din l-iskoperta wasslet lil Hahnemann biex żviluppa it-teorija illi dak li jmarrad kapaci jfejjaq, similia similibus curentur. Li meta dawn ir-rimedji jinataw f’doża żgħira ħafna lil min diġa ikun qiegħed ibagħti b’sintomi simili, huma jistimulaw il-forza tal-ġisem biex tirreaġixxi u tikkura lilha nnifisha.

Fuq dan il-principju il-medicina tradizzjonali ħolqot it-tilqim, fejn ammonti żghar ta mikrobi huma introdotti fil-ġisem biex jistimulaw is-sistema immunitarja biex tiġġieled kontrihom.

Samuel Hahnemann kompla dawn l-esperimenti għal sitt snin sħaħ u f’dan iż-żmien huwa pprova u studja ammont kbir ta rimedji billi irrekordja is-sintomi li jikkaġunaw fuq nies f’saħħithom. Wara dan iż-żmien Hahnemann beda jipprova dawn ir-rimedji fuq il-morda biex jara jekk kienux jibbenifikaw minnhom. Hu kien jeżamina lill-morda u jirrikordja is-sintomi tagħħom, imbagħd kien jagħtihom dak ir-rimedju li kien kapaci jikkaġuna l-istess sintomi fi bniedem f’saħħtu. Mill-bidu nett huwa kellu success kbir. Minn hawnhekk bdiet is-sistema tal-medicina omeopatika.

Hippocrates
Hippocrates

Il-principju ta l-omeopatija, li dak li jmarrad kapaci jfejjaq, jmur lura sat-tabib grieg Hippocrates (450-377 qabel Kristu). Dan kien l-ewwel persuna li emmen illi l-mard kien riżultat ta forzi naturali u mhux influenza divina. Huwa kellu mijiet ta rimedji naturali. Eżempju tajjeb ta kemm Hippocrates kien jemmen f dan il-principju huwa ir-rimedju magħmul mill-għeruq tal-pjanta Veratrum Album ( white hellebore) li kien juża għall-kura tal-kolera. Jekk wieħed jieħu doża kbira ta din il-medicina din tikkawża fuqu sintomi simili tal-kolera iżda jekkk xi ħadd li diġa ibati bill-kolera jieħu dożi żgħar ħafna tagħħa, dan ifieq.

L-omeopatija, iżda ma saritx magħrufa fiż-żmien ta Hippocrates iżda kellhom jgħaddu 300 sena oħra sakemm bis-saħħa ta Samuel Hahnemann saret sistema ta medicina popolari u effettiva.

L-omeopatija hija sistema ta kura b’użu ta rimedji naturali u mingħajr side effects li b’mod ġentili tistimula il-ġisem biex jikkura lilu nnifsu.

L-omeopatija kienet għenet ħafna nies anke waqt epidemiji serji fejn ir-rata ta l-imwiet fi sptarijiet omeopatici kienet wieħed għal kull tmienja fi sptarijiet tradizzjonali.

Il-kelma omeopatija ħija ġejja mill-lingwa griega fejn homeo tfisser simili u pathos tfisser mard jew sofferenza.

Kullħadd jista jagħmel użu mill-omeopatija, għal kull tip ta problemi ta saħħa, kemm fiżika kif ukoll mentali.