Il-kura naturali u l-omeopatija

L-Omeopatija hija medicina alternattiva, li tikkura b’rimedji magħmulin minn pjanti, ħxejjex u sustanzi oħra naturali, li jgħinu lil l-ġisem biex ifieq u jerġa jikseb is-saħħa. Dawn ir rimedji huma kollha naturali u ma għandhom l-ebda side effect. Dawn jiġu forma ta pilloli li wieħed iħalli jinħallu ġo ħalqu.

Uħud minn dawn ir-rimedji huma tajjbin ħafna biex iffejqu infezzjonijiet fil-widnejn jew fil-griżmejn, iniżżlu id-deni, u jnaqqsu l-katarru u s-sogħla. L-aktar waħda minn dawn ir-rimedji li tkun tixbaħ is-sintomi li jkollok tkun l-aktar waħda li għandek bżonn.

L-Omeopatija mhux biss tikkura il-fażi akuta tal-mard, jiġifieri is-sintomi tar-riħ, jew influwenza meta diġa inkunu morda, iżda jekk wieħed ifittex kura minn qabel jista anke jipprevedi li wieħed jimrad daqsekk ta spiss.

It-tfal, l-anzjani u nies li ġieli bagħtew bi bronchitis, asthma, pneumonia jew allerġiji, huma aktar vulnerabbli għall-irjiħat u l-influwenza. Hemm rimedji omeopatici li wieħed jista jieħu fil-bidu tax-xitwa biex jipproteġi lilu nnifsu mill- irjiħat u mill-influwenza. B’hekk wieħed jevita l-użu ta ħafna antibiotici u anke medicini oħra li meta jintużaw repetittivament, ibaxxu is-sistema immunitarja w għalhekk iħallu il-ġisem aktar dgħajjef.

Kundizzjonijiet kronici bħal asthma, hayfever, sinusitis u allerġiji oħra fost oħrajn, huma kurabbli u wara żmien ta kura wieħed jista joħroġ minnhom mingħajr użu ta medicini li jistgħu jkunu ta dannu għal saħħtu.

Minħabba li dawn ir-rimedji huma naturali u mingħajr side effects biż-żmien wieħed jitgħallem anke jużhom waħdu u għalhekk ikun jistgħa jgħamel użu minnhom meta jkollu bżonn. Jeżistu ħafna kotba dwar l-omeopatija li wieħed jista jixtri biex jitgħallem aktar.

L-omeopatija taħdem billi bl’ użu ta dawn ir-rimedji naturali tistimula il-ġisem biex iffejjaq lilu nnifsu. L-omeopatija tistgħa tgħin f’kull tip ta mard. Jistgħa jagħmel użu minnha kulħadd, anke nisa waqt tqala, trabi u tfal.

Kundizzjonijiet kronici u serji jirrikjedu kura professjonali.

Dawn huma xi pjanti li minnhom huma magħmulin xi wħud mir-rimedji li wieħed jista jkollu bżonn f’każ ta riħ, influwenza jew hayfever.

Aconite

Aconite

Tintuża fl-ewwel stadju ta riħ, fejn wieħed ikun jgħatas, griżmejħ xotti u jkollu xi sogħola ħafifa. Dawn is-sintomi ikunu ġew fuqu f’daqqa, l-bicca l-kbira wara li kien espost għall-riħ kiesaħ.

Alium cepa

Alium cepa

Ir-rimedju huwa magħmul mill-basla komuni. Dan jgħin lil min ikun qiegħed jgħatas ħafna, għajnejħ idemmgħu ħafna, jkollu taħt imnieħru aħmar u jaħarqu. Min ikollu bżonn Alium cepa jħossu aħjar fl-arja friska waqt li is-sintomi tiegħu ikunu agħar ġo kamra sħuna u fil-għaxija. Dan ir-rimedju jgħin ukoll lil min għandu dawn is-sintomi għax ibati bill-hayfever.

Euphrasia

Euphrasia

Ir-rimedju jgħin lil min ikollu għajnejħ idemmgħu ħafna u minfuħin, waqt li jkun jdejjqu d-dawl. Jistgħa wkoll ikun hemm ħafna ħakk fl’għajnejn.

Gelsemium

Gelsemium

Huwa rimedju għall-influwenza fejn wieħed ikollu uġigħ ma ġismu kollu, ikun mitluq ħafna, irid jogħqod mindud u jkollu rasu tqila u tgħuġaw.

Nux vomica

Nux vomica

Tajba għal min ikun irritabbli ħafna waqt li jkun marid u jdejjqu kollox. Idejjqu ħafna id-dawl u l-ħsejjes. L-imnieħer ikun miżdud meta joħroġ barra iżda ġewwa jinixxi kontinwament.

Bella donna

Bella donna

Hija rimedju importanti ħafna l-aktar fejn ikun hemm id-deni. Is-sintomi li tikkura il-bella donna huma qawwija u vjolenti bħal deni għoli fejn il-wicc ikun aħmar u jaħraq ħafna, uġigħ ta ras qawwija (din tajjba anke għal min ibagħti bl’emigranja) u jkollu ħafna ħruq fill-ġriżmejn.