X'inhi l-omeopatija?

L-omeopatija hija it-tieni l-aktar medicina wżata fid-dinja għaliex aktar u aktar nies qiegħdin jiskopru il-beneficcji ta medicina naturali. Medicina li hija effettiva u mingħajr side effects.

bella donna
Bella Donna

L-omeopatija hija medicina ħolistika għaliex tara lill-kulħadd b’mod individwali, jiġifieri tikkura lill-bniedem, mhux lill-mard. Dan isir bis-saħħa ta rimedji naturali li jqawwu is-sistema immunitarja tal-ġisem biex din taħdem aħjar u jgħinu lill- ġisem biex jerġa jikseb is-saħħa. Mingħajr ma huma kalmanti dawn ir-rimedji jgħinuna biex insibu aktar il-paci u l-kalma ġo fina.

L-omeopatija tħares lejn il-moħħ u l-ġisem bħala ħaġa waħda. Il-moħħ huwa il-computer tal-ġisem għalhekk il-ħsiebijiet u l-emozzjonijiet tagħna ser jaffettwaw kif inħossuna u fl-aħħar mill-aħħar anke jaffettwawlna saħħitna. Dan ħafna drabi nesprimuħ anke fil–lingwa li nużaw biex nesprimu kif inħossuna per eżempju ngħidu qattajt imsarni, kissirt l-istonku jew herrejt qalbi meta niffeferu għall-perjodu ta inkwiet. Wara ż-żmien dawm jistgħu jispiccaw isiru realta meta wieħed jibda jbagħti minn irritable bowel syndrome, uġigħ jew ħruq ta stonku, pressjoni għolja jew problemi oħra tal-qalb.

hepar sulph
Hepar Sulph

Ħafna mard l-aktar jekk kroniku jibda minn, jew wara li nkunu għaddejna minn żmien ta tensjoni qawwija. Din it-tensjoni tikkawża fil-ġisem żbilanc, jiġifieri is-sistemi tal-ġisem ma jibqawx jaħdmu sewwa u minn ħemmhekk jirriżultaw is-sintomi. Dawn is-sintomi m’huma xejn ħlief il-lingwa ta ġisimna li qed tgħidilna li hemm xi ħaġa li m’hiex sew fil-ġisem tagħna u għanda bżonn attenzjoni.

Ir-rimedji omeopatici huma magħmulin minn pjanti, minerali u sustanzi oħra naturali. Dawn ma għandhomx additivi oħra miżjudha magħħom u jingħataw f-forma ta pilloli.

Minħabba li l-omeopatija hija medicina naturali din jista jagħmel użu minnha kulħadd, specjalment nisa waqt tqala, trabi u tfal, nies li jbagħtu minn dipressjoni, artrite, uġigh fil-ġogi, sciatica, asthma, eczema, allerġiji jew irjiehat spissi, migraines, acne, endometriosis, problemi ta menopawża u infertilita fost l-ohrajn. L-omeopatija hija ta beneficcju f’każijiet ta autism, hyperactivity, ADD u ADHD.

Nies li diġa qieghdin jihdu kura konvenzjonali ghall-kondizzjonijiet jew mard iehor ukoll jistghu jaghmlu użu mill-omeopatija waqt li jibqghu taht il-kura tat-tabib taghhom.