Ikkura l-artrite permezz ta' l-Omeopatija

Arthritis hija kelma li ġejja mill-lingwa griega li tfisser arthero li huwa ġog u itis li tfisser infjammazjoni. Din hija kundizzjoni li tinvolvi ħsara fil-ġogi u hija l-aktar kundizzjoni komuni ta disabilita f’persuni l’fuq minn 55 sena.

Artrite hija marda li għanda aktar minn 100 forma differenti. Din tinvolvi infjammazjoni fil-ġogi, tendini ligamenti u qarquca, kif ukoll distruzzjoni ta l-għadam. L-artrite tista taffettwa kull part tal-ġisem bħas-saqajn, spallejn, dahar, minkbejn u swaba.

Is-sintomi ta l-artrite jvarjaw skond il-gravita tal-marda. Ħawn min iħoss biss ftit uġigħ kultant u hawn min huwa iddominat minn dan l-uġigħ b’tali mod li tilef il-liberta fil-movimenti tiegħu.

Il-Ġogi huma dawk il-postijiet fejn jiltaqaw żewġ għadmiet. Il-funzjoni tal-ġog hija li torbot dawn l-għadmiet b’tali b-mod li jkunu jistgħu jiccaqalqu.

Tipi differenti ta artrite jistgħa jkollhom kawża differenti. L-aktar forma komuni hija osteoarthritis li tirriżulta wara trawma fuq il-ġog, infezzjoni fil-ġog jew bl-eta. Il-kelma osteoarthritis ukolll hija ġejja mill-lingwa griega li tfisser osteo – għadam, arthero – ġog u itis li tfisser infjammazjoni. Din hija kundizzjoni fejn ikun hemm infjammazjoni fil-ġog li tirriżulta f’uġigħ ikkaġunat minn dannu li sar fuq il-qarquca u nuqqas fil-fluwidu li jillubrika dawn il-ġogi. Meta l-għadam ma jibqax daqsekk protett mill-qarquca, il- pazjent jibda jħoss uġiegħ meta jiġi biex jagħmel is-saħħa fuq dan il-ġog, per eżempju biex jimxi jew meta jdum wieqaf. Minħabba dan l-uġigħ wieħed jibda juża dawn il-ġogi inqas u għalhekk jista jirriżulta li l-muskoli li huma marbuta ma dan il-ġog jibdew jitilfu s-saħħa u jgħolbu, anke il-ligamenti jistgħu jsiru aktar laxki.

Tipi oħra ta artrite jistgħu jiġu ikkaġunati għaliex għal xi raġuni is-sistema immunitarja tal-ġisem tibda tattakka lilha nnifisa. Din it-tip ta artrite tistgħa anke taffettwa il-qalb, il-pulmun il-kliewi jew kull organu ieħor.

L-omeopatija tgħin ħafna lil min ibagħti bl-artrite billi tnaqqas l-infjammazjoni, n-nefħa u l-uġigħ għalhekk tonqos l-ebbusija f’dan il-ġog u wieħed ikun jistgħa jerġa jikseb il-funzjoni ta dak il-ġog mingħajr uġigħ.

Jekk wieħed ifittex kura professjonali, ikun jista anke jipprevedi milli jsirlu aktar ħsara fil-ġogi. Rimedji omeopatici jigħnu ukoll biex isaħħu l-għadam u il- muskoli. Rimedji omeopatici huma naturali u mingħajr side effects. Dawn jaħdmu billi jistimulaw il-ġisem biex ifejjaq lilu nnifsu

l-Omeopata jagħti każ tad-dieta li wieħed jiekol u jagħti pariri fuq kif wieħed għandu jiekol biex ma jkomplix jiggrava il-kondizzjoni tiegħu. l-Omeopata jikkunsidra u jikkura ukoll sintomi jew kundizzjonijiet oħra li l-pazjent ikun ibagħti minnhom kif ukoll l-stat mentali u emozzjonali tal-persuna.

Dawn huma xi wħud mir-rimedji li l-omeopata jistgħa juża għall-kura fl-artrite.

Arnica montana

Arnica montana

Rimedju għal min:

  • Ikollu uġigħ u ma jkunx irid icaqlaq dik il-parti ta ġismu li fiha jkollu l-uġigħ.
  • Din tistgħa tkun ukoll waħda mir-rimedji għall-gotta u anke għall-uġigħ fid-dahar.
  • Uġigħ qawwi fejn wieħed iħoss li anke is-sodda hija iebsa u tweġgħu.
  • Din hija waħda mill-aqwa rimedji għall- uġigħ wara li wieħed ikun strapazza iżżejjed, jew wara xi incident.
Aconite

Aconite

Tista tkun rimedju tajjeb għal min ibagħti minn:

  • Uġigħ fid-dirgħajn fejn ikunu jinħassu tqal u jnemnmu.
  • Infjammazjoni fil-ġogi, fejn dawn ikunu ħomor u minfuħin, l-uġigħ ikun agħar bil-lejl.
  • Uġigħ fil-genbejn u l-koxxox specjalment meta wieħed jimted.
  • Saqajn li jinħassu bla saħħa, specjalment l-irkoptejn, jistgħa jkollhom inklinazzjoni li jirwu saqajhom.
  • Ħafna tfaqqigħ fil-ġogi mingħajr uġigħ.
  • Uġigħ li jkun agħar waqt u wara perjodu ta kesħa.
Bryonia

Bryonia

Tgħin fejn ikun hemm dawn s-sintomi:

  • Uġigħ u ebbusija f’xi ġog specjalment l-irkoppa.
  • L-uġigħ ikun ħafna agħar ma l-icken caqlieqa.
  • Il-ġog/i jinħassu jaħarqu, jkunu ħomor u minfuħin.
  • Tip ta uġigħ li huwa agħar fis-sħana u aħjar meta wieħed japplika xi ħaġa kiesħa fuq il-parti il-muġugħa.
Rhus-tox

Rhus-tox

Tgħin ferm fejn hemm:

  • Uġigħ, infjammazjoni u ebbusija fil-ġogi.
  • Uġigħ li jkun agħar waqt mistrieħ u aħjar wara ftit li wieħed jibda jiccaqlaq.
  • Fejn wieħed isib difficulta li jqum minn fuq siġġu jew sodda u jibda jzappap hekk kif jitfa l-ewwel passi.
  • Sintomi li huma agħar meta t-temp ikun umdu u kiesaħ.
Pulsatilla

Pulsatilla

Hija rimedju għal:

  • Uġigħ li jdur minn ġog għall-ġog.
  • Uġigħ li jiġi f’daqqa u jmur f’daqqa.
  • Uġigħ li jistgħa jkun agħar fis-sħana / sajf.